Impenn soċjali

Bla ebda dubju ċ-ċentru ta’ kull pajjiż jinsab dejjem fil- u biswsit il-Belt Kapitali, fil-każ tagħna, l-inħawi tal-Belt Valletta, l-1 Distrett. Iċ-ċentru ta’ pajjiżna llum qed jissielet biex jibqa’ ħaj, u jżomm l-identità tiegħu, b’numru ta’ lokalitajiet rispettivi bħall-Kapitali, il-Floriana, il-Ħamrun u l-Marsa qed jaffaċjaw sfida kontinwa... dik tan-nuqqas tar-riġenerazzjoni.

Fl-aħħar snin l-ewwel distrett f’waqtiet ingħata importanza fuq aspett kulturali, u bix-xieraq, għax wara kollox huwa mgħoni bi storja liema bħalha, iżda dan id-distrett intesa meta nħarsu lejh fuq aspett komunitarju.

Huma bosta ulied id-distrett li xtaqu jibqgħu jgħixu fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom, iżda ma setgħux, għax illum hemm numru ta’ fatturi li jżommuhom lura fost l-oħrajn il-bini mhux adegwat għal ħafna raġunijiet u ambjent li mhux sigur. 

X’soluzzjoni hemm?

Nemmen bis-sħiħ li fil-politika għandek tindika fejn ikun hemm nuqqas, iżda għandek ukoll twassal alternattiva ta’ kif il-problema, in-nuqqas ikun eliminat.  Trid imqar twassal xi idea jew tnejn fid-dawl tal-kritika. In-nuqqas ta’ sigurtà fil-lokalitajiet tal-ewwel distrett jinħass, il-forzi tal-ordni, il-pulizija jagħmlu minn kollox biex dan jagħmluh, madanakollu hemm in-nuqqas ta’ risorzi umani.

F’entità kollox jaħdem bħal katina, u jekk ikun hemm nuqqas, xi ħaġa se taffetwa ‘l-oħra. L-istess f’dan l-eżempju, ir-riklutaġġ fil-korp għandu jsir bil-galbu, u l-għases tal-pulizija ta’ dawn il-lokalitajiet jingħataw l-għajnuna, b’riżorsi kemm umani, u ta’ kull ħaġa oħra ta’ għajnuna li se sservi biex tagħti s-sigurtà u s-serħan tal-moħħ.

L-abbandun f’ċertu nħawi huwa evidenti, iżda x’intentivi saru fl-aħħar snin biex jikkultivaw dawn l-inħawi li jinsabu deterjorati? Jeħtieġ li jingħataw l-inċentivi lil dawk li jkunu jridu jgħixu f’dawn l-inħawi, u ftit ftit dik iz-zona tibda’ tieħu l-ħajja... imma biex zona ma titlifx il-ħajja, teħtieġ l-għajnuna. Biex issir riġenerazzjoni jeħtieġ li tingħata l-għajnuna. Nemmen li dawk li jridu jgħixu f’ċertu lokalitajiet fid-distrett għandhom jingħataw l-għajnuna, inċentivi li jissuperaw dawk l-inċentivi tal-first-time buyers, għax ilkoll nafu li f’waqtiet biex tirranġa post/proprjetà fil-Belt, fil-Floriana, il-Ħamrun, il-Marsa, Tal-Pietà u Santa Venera, l-ispejjeż ma jkunux ftit. Din infatti hija waħda mill-isfidi li qed isibu ż-żgħażagħ fid-distrett, u għalhekk isibu post band’oħra, u mhux fejn ikunu trabbew.  Fl-eventwalità qed tintilef ftit ftit l-identità tal-lokalità rispettiva.

Kultura ħajja

Bdejt dan l-artiklu fejn għamilt referenza ċkejkna għal kultura mgħonija li għandna fid-distrett. Il-kultura mhux biss tinsab fil-bini mgħoni li għandna, iżda l-kultura tinsab f’dak l-element li jsaħħaħ l-identità tagħna. Il-kultura tinsab fin-nies, f’dawk id-dilettanti tal-festi, tal-banda, tal-piroteknika... li jagħtu ħafna biex ta’ kull sena jżażnu u jagħtu dik il-ħaġa aktar mis-snin ta’ qabel, id-dilettanti tal-karnival, li għandna x-xorti li dan id-distrett għandu ħafna x’jagħti f’dan il-kuntest u l-isport bħall-futbol u r-regatta fost l-oħrajn. Id-distrett huwa mgħoni u kif b’talenti mill-isbaħ li jagħmlu unur lil-lokalità li jirrapreżentaw, iżda lilna lkoll li nagħmlu parti minn dan id-distrett. Dawn it-talenti rridu ngħinuhom ikomplu jiżviluppaw... dawn it-talenti jgħinu mhux ftit biex l-identità lokali ma tintilfx.

Politika mibnija fuq l-onestà

Il-politika li qed noffri hija mibnija fuq l-onestà, nemmen li jridu jieqfu l-battibekki ta’ bejnietna, kemm bħala partitarji, u kif ukoll bħala nazzjon. Irridu naħdmu għal għan wieħed, dak li rridu nagħmlu ħajjet il-poplu Malti u Għawdxi aħjar.

L-appell fil-politika li nwettaq spiss jien bħala kandidat huwa li l-kuntatt għandu dejjem ikun kruċjali f’kull aspett, li jkun hemm is-smiegħ. Jekk dan ma jsirx, nibqa’ nsostni li l-politika li nkunu qed nagħmlu għal pajjiżna ma tkunx politika fejjieda li tħalli l-ġid, iżda tkun qed taqdi funzjonijiet oħra ulterjuri li żgur ma jagħmlux ġieħ lill-poplu li aħna bi kburija għandna nirra
ppreżentaw. 

Comments

Popular Posts