Skip to main content

Posts

Featured

Dejjiem

  Artiklu li deher fuq in-Nazzjon fis-7 ta' Frar 2024 Huma bosta li meta jħarsu lejn Eddie, jiddeskrivu x-xbieha tiegħu bħala mexxej, statista, missier Malta Ewropea. Meta quddiemi tiġi xi ħaġa b’rabta ma’ Eddie, jiġu wkoll dawn l-aġġettivi, iżda magħhom inżid – Oratur. Mingħajr il-kelma tal-fomm, mingħajr l-orazzjoni, mingħajr id-diskors żgur li Eddie li llum naraw, Eddie li niftakru, ikun xejra differenti. Eddie huwa dejjiem f’kull forma ta’ kontribut li ta. Il-ħakma ta’ Eddie fuq id-diskors, fuq il-kelma hija ħakma ta’ konvinzjoni. Eddie kien konvint li jinsab fis-sewwa u li għas-sewwa kien se jibqa’ jiġġieled sal-aħħar. Dan hu dak li jagħmel oratur brillanti. Għalxejn kien jikteb id-diskors, il-punti li kien ikollu quddiemu, jekk ma jkunx hemm konvinzjoni, twemmin li dak li qiegħed iwassal huwa messaġġ veritier. Il-privileġġ li tistudja l-kelma ta’ Eddie Fenech Adami huwa kbir. Li jkollok pubblikazzjoni b’rabta mar-riċerka li wettaqt huwa unur. Il-ħila ta’ Eddie bħala o

Latest posts

Il-libertà tal-informazzjoni fittizja

Hija rebħa?

Skiet li jtarrax dwar il-Fosos

X'diskussjoni?

INTERVISTA dwar is-sitwazzjoni fil-Floriana: Azzjoni issa qabel ikun tard wisq

"Itturufnati f’darna"

Bil-fatti nħarsu l-festi, l-identità li ssawwarna